Munita tad-deheb u tal-fidda f’ġieħ il-poeta Nazzjonali

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita tad-deheb u oħra tal-fidda biex jitfakkar il-poeta nazzjonali Malti, Dun Karm Psaila.

Il-munita tad-deheb għandha valur nominali ta’ €50, filwaqt li l-munita tal-fidda għandha valur nominali ta’ €10.

Il-faċċata tal-muniti turi l-emblema ta’ Malta flimkien mas-sena tal-ħruġ, 2013.

Il-faċċata ta’ wara turi xbieha ta’ Dun Karm Psaila u l-ewwel vers tal-innu nazzjonali Malti.

Il-muniti ġew iddiżinjati u mnaqqxa mill-artist Malti, Noel Galea Bason.