Munita ġdida biex tfakkar id-dħul tal-ewro f’Malta

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kemm ħareġ munita biex ifakkar l-għaxar snin minn meta Malta addottat l-ewro. 
Il-munita għandha valur nominali ta’ €5 u hi valuta legali f’Malta biss. L-istampar tagħha hu limitat għal 2,000 munita.
In-naħa ta’ wara tal-munita turi rappreżentazzjoni ta’ ‘Malta’ u ‘l-Ewropa’ li tfakkar fit-transizzjoni bejn il-Lira Maltija u l-ewro fl-2008.
Il-muniti qed jinbiegħu għall-prezz ta’ €20 u jistgħu jinxtraw direttament mis-sit www.maltacoincentre.com jew mill-bini prinċipali tal-Bank.