Mumji misjuba 30 metru taħt l-art fil-Kajr

REUTERS/Mohamed Abd El Ghany

Arkeologi Eġizzjani żvelaw id-dettalji ta’ post tad-dfin u ta’ post ta’ ħidma fejn isiru l-mumji li kienu misjuba 30 metru taħt l-art qrib Saqqara fin-naħa ta’ isfel tal-Kajr.

L-arkeologi qed jittamaw li l-post ta’ fejn jinħadmu l-mumji jipprovdi informazzjoni dwar il-forma kimika taż-żjut li ntużaw mill-Eġizzjani tal-passat biex jiffurmaw l-mejtin f’mummji.

Ix-xaft tad-dfin li nstab għandu aktar minn 2,000 sena u huwa meqjus li jmur lura għall-perjodu Saite-Persjan ta’ madwar 664-404 qabel Kristu. Ix-xaft kien misjub f’April li għadda u kien fih 35 mumja kif ukoll sarkofagi tal-ġebel. Instabu wkoll mijiet ta’ statwi żgħar tal-ġebel u kontenituri żgħar li ntużaw fil-proċess ta’ mummifikar.