Mumbai: Erba’ persuni akkużati bi stupru ta’ ġurnalista

Il-pulizija f’Mumbai, l-Indja, ressqet quddiem il-Qorti l-erba’ persuni akkużati bil-gang rape ta’ ġurnalista s-sena li għaddiet.

L-irġiel instabu ħatja fuq ħames akkużi li jinkludu stupru u ħabi ta’ evidenza. Is-sentenza mistennija tinqata’ nhar il-Ġimgħa. Il-mara ta’ 22 sena kienet stuprata minn ħames t’irġiel waqt li kienet fuq xogħol f’mitħna abbandunata.

L-akkużati kollha għandhom inqas minn 18-il sena. Il-Ministru għall-Intern tal-istat ta’ Maharashta, li kien preżenti fil-Qorti, saħaq li bis-sentenza tagħhom, il-vittma se jingħataw ġustizzja. Fuq il-post fejn seħħet l-aggressjoni kien hemm ukoll kollega raġel tal-ġurnalista. Huwa spiċċa biex ġie msawwat u tħalla fuq il-post bi ġrieħi gravi.