Multigas premjata għall-prattiċi tajba fis-saħħa u s-sigurtà

Multigas isservi lill-klijenti fis-setturi industrijali u tal-kura tas-saħħa b’varjetà sħiħa ta’ gassijiet atmosferiċi u speċjali, kif ukoll b’tagħmir u servizzi.
Ibbażata f’Ħal-Kirkop, il-faċilità hi mgħammra bi impjant modern li jkopri l-prinċipji kollha li l-kumpanija temmen fihom f’dak li jikkonċerna kunsiderazzjonijiet ta’ saħħa u sigurtà, konvenjenza għall-klijenti u responsabilitajiet ambjentali.
Fl-istess ħin, kollaborazzjoni fit-tul ma’ msieħba strateġiċi internazzjonali tkabbar l-abiltà ta’ Multigas  li tipproduċi, timmaniġġja  u tbiegħ varjetà kbira ta’ gassijiet għall-klijenti ewlenin.
Matul is-seminar, Anne Hersey, Uffiċjal Eżekuttiv ta’ Multigas responsabbli mis-Saħħa, is-Sigurtà u l-Kwalità, għamlet preżentazzjoni fejn enfasizzat il-kontribut innovattiv lejn l-immaniġġar tal-istress u l-prinċipji ta’ sigurtà tajba, kif ukoll il-proċeduri fi ħdan il-kumpanija.
Hi qalet li “matul is-snin, ħloqna kultura pożittiva ta’ saħħa u sigurtà billi regolarment organizzajna attivitajiet biex niżguraw  prattiċi ta’ sigurtà tajba u ntaffu l-istress ta’ kull ħidma relatata max-xogħol”.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Multigas, l-Inġinier Michael Mifsud qal li “f’Multigas, nagħrfu u nifhmu l-valuri intrinsiċi tal-akkreditazzjoni tagħna f’dik li hi saħħa u sigurtà, għax dawn il-valuri jiggwidawna lejn l-aħjar mod kif immexxu l-ħidma tagħna.
“Meta nippromwovu miżuri pożittivi, fosthom komunikazzjoni tajba u partiċipazzjoni attiva fi ħdan l-oarganizzazzjoni, inkunu qed nagħmlu l-aħjar tagħna biex nindirizzaw l-enerġiji lejn l-għanijiet komuni tagħna, u fl-istess ħin innaqqsu l-konflitt.”
Fil-ġimgħat li ġejjin Multigas se tkun qed tieħu sehem flimkien ma’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea bil-preżentazzjoni tagħha fuq livell Ewropew.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt