Multa ta’ €700 talli darab serjament sewwieq ta’ mutur

Sewwieq ġie mmultat €700 u ġie sospiż milli jsuq għal xahrejn wara li darab serjament sewwieq ta’ mutur f’inċident li kien seħħ Raħal Ġdid.

Peter Mamo kien qed isuq fi Triq Għajn Dwieli meta daħal f’mutur misjuq minn John Pisani. L-inċident seħħ f’Diċembru tal-2010. B’kawża tal-inċident, Pisani kiser saqajh u baqa’ b’diżabilità permanenti. Mamo qed ikun mixli li kkawża feriti gravi b’mod involuntarju u talli naqas milli josserva r-regoli tat-traffiku.