Multa ta’ €1,000 għaż-żagħżugħ li qatel tajra protetta

Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Ħaż-Żebbuġ tressaq il-Qorti akkużat b’kaċċa illegali minħabba li qatel tajra protetta.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ngħata sentenza ta’ tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena u multa ta’ €1,000.
Is-senter li kien juża ż-żagħżugħ ġie kkonfiskat u l-liċenzja tal-kaċċa ġiet sospiża għal sentejn. 

Ritratt: Media Police