Multa ta’ €50 għal żagħżugħ li ammetta li kellu l-kannabis fuqu

Read in English.

Żagħżugħ ta’ 24 sena weħel multa ta’ €50 wara li ammetta li kellu d-droga kannabis fuqu lbieraħ filgħaxija.

Fil-Qorti Saif Faisal Ibrahim Sahir, li huwa mis-Somalja, instab ħati ta’ pussess tad-droga għall-użu personali.

Il-Maġistrat Joe Mifsud irrakkomanda li jinstab post fejn iż-żgħażugħ ikun jista’ joqgħod peress li ma kellux saqaf fuq rasu.