Multa ta’ €2,000 jekk ma jinżammux il-bubbles fid-djar tal-anzjani

Read in English.

Mill-10 ta’ Novembru, ġiet imposta multa ta’ €2,000 jekk ma jkunx hemm il-kunċett ta’ bubbles fid-djar tal-anzjani. Dan biex tonqos il-firxa tal-Covid-19.

Dan wara li nħarġu miżuri mandatorja għal servizzi residenzjali għall-anzjani. Il-miżuri jispjegaw li jrid ikun hemm sistema ta’ allokazzjoni għal residenti u carers fejn jibqgħu fl-istess bubbles u ma jitħalltux.

Miżuri oħra jinkludu:

  • L-użu mandatorju ta’ visor jew maskra medika minn kull ħaddiem fir-residenza. Il-ksur ta’ din il-miżura tfisser multa ta’ €100.
  • Irid jiġi żgurat li r-residenti għandhom ir-riżorsi neċessarji biex jżommu komunikazzjoni kontinwa ma familthom jew ħbieb tagħhom. Dan b’telefonati, telefonati b’vidjow, midja soċjali u mezzi teknoloġiċi oħra. Multa: €100
  • Iridu jiġu osservati miżuri ta’ kontroll tal-infezzjoni skont kif maħruġa mill-awtoritajiet. Multa: €500
  • Iridu jiġu rispettati l-miżuri ta’ kwarantina kif maħruġa mill-awtorità. Multa: €500
  • Irid jiġi osservat il-protokoll maħruġ mill-awtorità fir-rigward taż-żjarat mill-qraba lill-anzjani li jgħixu f’dar residenzjali. Multa: €100

Kull persuna li tħoss ruħha aggravata b’deċiżjoni tal-Awtorità tista’ tappella quddiem it-Tribunal.