Multa ta’ €150 jekk tarmi skart ħdejn iBiNs – GreenPak

Read in English.

Il-GreenPak COOP wissiet lill-pubbliku li kull min jarmi materjal riċiklabbli ħdejn l-iBiNs u jinqabad jagħmel dan fuq kameras tas-CCTV jeħel multa ta’ €150.

Permezz ta’ post fuq Facebook, l-entità sostniet li r-residenti li jinqabdu jarmu l-iskart tagħhom maġenb l-iBiNs se jkunu qed jirċievu multa. Qalet li dan l-aġir huwa aġir traskurat.

Wieħed jista’ jsib l-iBiNs f’diversi lokalitajiet fejn ikun jista’ jarmi l-iskart riċiklabbli tiegħu fil-bins apposta. Wieħed isib fejn jarmi l-iskart separat b’dan il-mod: karti u kartun, plastic, metall u ħġieġ. Il-karti u l-kartun imorru fil-bin l-abjad, il-plastik fil-bin il-blu, il-metall fil-bin l-iswed u l-ħġieġ fil-bin il-kannella.

Dawn l-iBiNs huma kapaċi jidentifikaw meta jkunu mtlew. Dawn jibgħatu sinjal meta jkunu mtlew biex jitnaddfu. Dan is-servizz kien ġie introdott biex jiffaċilità r-riċiklaġġ fil-komunitajiet.

Recyclable material CANNOT be disposed of next to iBiNsDumping of waste next to iBiNs incurs FINES‼️The residents who…

Posted by GreenPak COOP on Wednesday, September 23, 2020