Multa ta’ €100,000 għal kumpanija Maltija fil-Lussemburgu

Google Maps

Kumpanija Maltija li għandha fergħa fil-Lussemburgu ngħatat multa ta’ €100,000 wara li nstabet ħatja li tat informazzjoni skorretta jew falza lir-regolatur finanzjarju tal-Lussemburgu.

Fi stqarrija, ir-regolatur CSSF qal li impona multa ta’ €100,000 fuq Apex Fund Services (Malta), Luxembourg Branch. L-awtoritajiet qalu li saret spezzjoni fl-uffiċini tal-kumpanija. Wara, Apex Fund Services taw informazzjoni skorretta jew falza lir-regolatur. Il-kumpanija naqset ukoll milli tieħu ċertu miżuri dwar għadd ta’ osservazzjonijiet li tqajjmu mis-CSSF f’ittra ta’ injunction.

Is-CSSF tikkonsidra li l-azzjonijiet li l-kumpanija issa qalet li se timplimenta huma miżuri konkreti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet li ġew identifikati.

Skont il-Luxembourg Times, Apex Group Ltd qalet li ħalset il-multa. Kelliem għall-kumpanija qal ukoll li Apex ħadet passi biex jiġi assigurat li l-kumpanija tapplika l-ogħla standards rigward in-negozju tagħha.

L-istqarrija tas-CSSF