Multa ta’ £10,000 għal kull min jinqabad mhux kwarantina

Tiħrax il-ġlieda tal-Gvern Ingliż kontra l-Coronavirus hekk kif il-Prim Ministru Boris Johnson ħabbar li kull min jinqabad li qed jikser l-ordni tal-iżolament jista’ jeħel multa sa 10,000 sterlina.

L-avviż legali l-ġdid jinponi fuq il-persuni li jinstabu pożittivi jew dawk li kienu qrib persuna infettata biex jibqgħu kwarantina.

Il-Gvern Ingliż daħħal multa oħra kontra l-imgħallmin li jikkastigaw lil min jibqa’ d-dar minħabba li jkun kwarantina.

Ilbieraħ ir-Renju Unit ħabbar 4,422 każ ġdid u 27 mewta.