Multa maskri: Jekk ma tammettix mill-ewwel tħallas €100

Miguela Xuereb

Read in English.


F’avviż legali li daħal fis-seħħ illum kull min jinqabad mingħajr maskra fi ħwienet tal-merċa, fit-terminals jew l-arjuport jeħel multa ta’ mitt ewro.


L-avviż leġali ġie ppubblikat ilbieraħ mill- Gvern u jgħid li li jekk il-persuna tammetti quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja l-penali titnaqqas għal ħamsin ewro (€50).


Użu tal-Maskri Mediċi jew tad-Drapp hu mandatorju fil-ħwienet tal-imnut (groceries), min jivvjaġġa fuq it-transport pubbliku, fit-terminals tal-Gozo Channel jew fl-arjuport Internazzjonali.