Multa jew ħabs għall-ġenituri tal-bullies

child sitting

Il-ġenituri tal-bullies fl-Amerika jistgħu jaqilgħu multa ta’ madwar €200 jew jintbagħtu ġimgħatejn ħabs jekk it-tfal tagħhom jiksru l-liġi darbtejn f’temp ta’ 3 xhur.
Il-liġi ta’ North Tonawda, fil-Punent ta’ New York, tinkludi liġijiet kontra l-ibbulljar. 
Din il-liġi ġiet iddisinjata biex tnaqqas ir-rati tal-ibbuljar, wara li omm ta’ tifel ibbulljat bdiet tagħmel pressjoni biex isseħħ bidla. 
L-introduzzjoni ta’ din il-liġi qajjmet kontroversja kbira. Filwaqt li kien hemm min qabel mal-liġi, diversi qalu li l-ġenituri mhux neċessarjament ikunu l-kaġun tal-aġir ta’ uliedhom.