Multa għan-nanna li ħebbet għall-kap tal-iskola

16.44 Aġġornata bir-reazzjoni tal-MUT
Il-nanna ta’ student li lbieraħ aggrediet lill-Kap tal-iskola tal-Birgu weħlet multa ta’ €4,000 wara li nstabet ħatja għall-akkużi kollha li nġabu kontriha.
Il-mara tressqet quddiem il-Qorti llum fejn kienet qed tiġi akkużata li fi ftit minuti ħebbet għall-kap tal-iskola u kkaġunatilha ġrieħi ħfief u li kisret il-paċi pubblika.
Wara li l-mara wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha, u ntalbet apoloġija formali, il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-kap tal-iskola kif ukoll ordnat li n-nanna ma tersaqx lejn l-iskola.
Reazzjoni MUT
Intant l-Unjin tal-Għalliema l-MUT esprimiet is-sodisfazzjon tagħha bis-sentenza tal-Qorti kif ukoll għax dan il-każ instema’ fl-iqsar żmien possibbli.
Fl-istess ħin qalet li qed tkompli tisħaq għall-miżuri aħjar ta’ sigurtà fl-iskejjel kollha sabiex l-edukaturi jkunu mħarsa fuq il-post tax-xogħol tagħhom.