Multa għall-Ingliżi li nqabdu bid-droga…ordni biex id-droga tinqered

Tliet Ingliżi ammettew li kienu fil-pusess tad-droga waqt il-festival Lost and Found li kien organizzat f’Malta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Antonio Vella  immultathom is-somma ta’ €500 kull wieħed u ordnat li tinqered id-droga.
Claire Elizabeth Lewis, li għandha 27 sena ammettiet li kienet fil-pussess tad-droga kokaina u ecstacy, Aidan Robert J. Goodwin ta’ 18-il sena ammetta li kellu fil-pussess tiegħu d-droga ecstasy, u Ricky Dean Law ta’ 31 sena ammetta li kellu fil-pussess tiegħu d-droga ecstacy u MDMA.
It-tliet Ingliżi huma fost l-20 persuna li ġew arrestati mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga f'dawn l-aħħar 24 siegħa.
Fi tmiem din il-ġimgħa, b'kollox ġew arrestati dwar droga 37 persuna.