Multa għal żewġ żgħażagħ li kienu ngħataw sentenza sospiża

Żewġ żgħażagħ ta’ 22 u 26 sena li kienu ngħataw sentenza sospiża b’rabta ma’ serqa, ġew immultati €1,100 kull wieħed wara appell li ressaq l-Avukat Ġenerali.
Fl-appell intqal li l-akkużati kellhom jiġu mmultati jew jingħataw sentenza ta’ priġunerija effettiva għaliex naqsu li jinfurmaw lill-Kummissarju tal-Pulizija li kellhom armi f’idejhom.
Huma ġew ordnati wkoll li jħallsu €1,188 fi spejjeż tal-kawża.