Multa għal kunsill ta’ belt fi Franza; kellu wisq ħaddiema nisa

L-awtoritajiet lokali tal-belt Bourg-en-Bresse fiċ-ċentru ta’ Franza laqtu multa ta’ €90,000 talli ma obdewx il-liġijiet Franċiżi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Dan għaliex kellhom wisq nisa f’pożizzjonijiet ta’ management.

Skont rapporti fil-midja, Bourg-en-Bresse rċeviet notifika tal-multa l-Ħamis li għadda.

L-awtoritajiet laqtu multa ta’ €90,000 talli kisru l-liġi Franċiża tal-2017 li tgħid li l-proporzjon bejn in-nisa u l-irġiel fis-servizzi pubbliċi ma jistax jaqbeż is-60/40 – kemm għan nisa kif ukoll għall-irġiel.

Instab li l-awtoritajiet ta’ Bourg-en-Bresse impjegaw nisa għal erba’ minn ħames postijiet maniġerjali.