Muhammed: L-aktar isem komuni f’Londra

Għat-tieni sena konsekuttiva, Harry u Amelia huma l-aktar ismijiet tat-trabi poplari fl-Ingilterra. Interessanti kif f’Londra, l-aktar isem komuni għat-trabi subien huwa Muhammed.  

Fost ismijiet popolari oħrajn fir-Renju Unit hemm Rickey, Jacob u Jack.

Bla dubju, minħabba it-twelid tal-Prinċep tal-Ingilterra, George mistenni jkun l-aktar isem popolari għas-sena li ġejja.

Matul l-2012, aktar minn 7000 tarbija ssemmew Harry, jew fil-każ ta’ tifla, Amelia. B’kumbinazzjoni, fiż-żewġ sessi, it-tieni l-aktar ismijiet popolari huma Oliver u Olivia.