Muffins għal Jum San Valentinu

Ingredjenti

Għall-muffins

175g butir

200g zokkor

50g kokotina

140g dqiq self-raising

2 bajdiet kbar

8 biċċiet żgħar taċ-ċikkulata bajda

Għat-tiżjin

150g butir imrattab

300g icing sugar

kuċċarina vanilla

2 mgħaref kokotina

Metodu

1  Saħħan il-forn għal 180˚Ċ/Gas mark 4. Ipprepara 8 muffin cases bil-karta.

Dewweb il-butir f’kazzola u halliha tiksaħ għal 5 minuti.

Ħallat fil-food processor iz-zokkor, il-kokotina u d-dqiq sakemm ikollok taħlita lixxa.

Żid il-butir imdewweb u l-bajd u ħallat tajjeb.

Ferra’ ftit mit-taħlita f’kull muffin case u deffes biċċa ċikkulata bajda fin-nofs. Għatti ċ-ċikkulata b’aktar mit-taħlita.

Aħmi għal 15-20 minuta sakemm isiru. Ħallihom jiksħu għal kollox.

Biex iżżejjen il-muffins poġġi f’food processor il-butir, iz-zokkor u l-vanilla u ħallat tajjeb sakemm ikollok taħlita lixxa u ftit iebsa. Għatti l-wiċċ tal-muffins b’din it-taħlita.

Żid il-kokotina mal-kumplament tal-ġelu li jkun fadal u ppajpja forma ta’ qalb fuq kull muffin.