Ingredjenti
2 slices bejken, bla ġilda, imqattgħa biċċiet żgħar
kuċċarina żejt taż-żebbuġa
3 bajdiet
90g ħalib
50g butir
nofs kuċċarina melħ
2 kuċċarini tursin imqatta’ rqiq
260g dqiq self-raising
130g ġobon Cheddar maħkuk
Metodu
Saħħan il-forn għal 190˚Ċ/375˚F.
Aqli l-bejken fuq nar moderat għal 2 minuti sakemm isir iqarmeċ.
F’bieqja ħawwad flimkien il-bajd, il-ħalib, il-butir, il-melħ u t-tursin.
F’bieqja oħra separata ħawwad flimkien id-dqiq, il-bejken u l-ġobon. Imbagħad żid it-taħlita tal-bajd sakemm jitħallat kollox flimkien.
B’mgħarfa ferragħ t-taħlita fil-forom tal-muffins u aħmi għal madwar 25 minuta sakemm jogħlew u jsiru kulur dehbi sabiħ. Ħallihom joqogħdu għal 5 minuti qabel isservihom.