Mudelli tal-Pixel u Pixel 2 irtirati mis-suq minħabba problemi fl-iskrin

L-ismartphone l-ġdid ta’ Google spiċċa vittma ta’ numru kbir ta’ tgergir u rapporti negattivi minħabba l-kwalità tal-iskrins.
Diversi kritiċi li kellhom l-ismartphone Google Pixel 2 u Pixel 2 XL għal dawn l-aħħar ġimgħatejn qalu li dan kellu l-effett tal-burn in fl-iskrin. Dan l-effett jillimita kemm wieħed ikun jista’ jara u juża mill-iskrin.
Fi stqarrija Google qalet li qed tinvestiga dan il-każ u li qed tieħdu b’serjetà kbira.
Is-sena l-oħra Pixel kellu reazzjoni pjuttost pożittiva mill-kritiċi, madanakollu ma tantx għamel bejgħ.
Pixel 2 kien magħmul minn HTC filwaqt li Pixel 2 XL ġie manifatturat mill-kumpanija LG.
Dan it-tip ta’ effett fuq l-iskrins hu normali għal mudelli qodma, pero mhux fuq smartphones ġodda b’materjal ġdida.