Mubarak jitressaq il-qorti

L-Eks President Eġizzjan Hosni Mubarak deher quddiem il-qorti Eġizzjana akkużat bil-qtil ta’ mijiet ta’ dimostranti waqt ir-rivoluzzjoni tal-2011 li fiha kien tneħħa mill-poter.

Mubarak li għandu 85 sena, appella mis-sentenza ta’ għomor il-ħabs wara li kien diġa misjub ħati s-sena li għaddiet. Huwa kien illiberat mill-ħabs ftit tal-jiem ilu u qed jinżamm arrestat f’daru sakemm terġa tinqata’ s-sentenza tal-appell.

Intant Mubarak qed isostni li minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu mhux f’kundizzjoni li jiffaċja ġuri. Huwa soffra minn attakk tal-qalb ftit wara li kien tneħħa mill-poter.

Sadanittant il-mexxej spiritwali tal-Fratellanza Musulmana mistenni jitressaq il-qorti aktar tard illum akkużat li ħeġġeġ il-vjolenza li ħasdet il-ħajja ta’ 8 dimostranti waqt il-protesti li fihom tneħħa mill-poter tal-Eks President Eġizzjan Mohammed Morsi fix-xhur li għaddew.