Mubarak għall-qorti nhar il-Ħadd li ġej

L-eks President Eġizzjan Hosni Mubarak mistenni jerġa jidher quddiem il-qorti nhar il-Ħadd.

Dan sabiex jaffaċja akkużi ta’ korruzzjoni u komplċità fi qtil ta’ dimostranti waqt protesti li bdew fl-2011.

Mubarak, li għandu 85 sena, inħeles ilbieraħ u għadda l-ewwel lejl fi sptar militari sakemm sarulu xi testijiet mediċi.

It-toroq fil-kapitali kienu kalmi qabel protesti ppjanati mill-Fratellanza Musulmana.