MSN se jieqaf jopera wara 15-il sena

MSN Messenger se jieqaf jopera f’Ottubru ta’ din is-sena wara ta servizz għal 15-il sena.
Minkejja li ftit nies għadhom jużaw MSN Messenger biex jiċċattjaw u jikkomunikaw mal-ħbieb u familjari tagħhom, kienu ħafna li kienu jużawh aktar kmieni fis-seklu 21.
L-MSN twieled fl-1999, iżda ħafna waqfu jużawh wara li l-kumpanija Microsoft introduċiet mezz ieħor ta’ komunikazzjoni Skype.
Windows Live kellhom madwar 330 miljun persuna jużawh sal-2009, filwaqt li sal-2012 aktar minn 300 miljun persuna bdew jużaw Skype.
Minkejja li MSN naqas fil-popolarità tiegħu, hu kien l-ewwel li ntuża bħala mezz ta' komunikazzjoni, qabel Gmail, Facebook, Twitter, WhatsApp u Instagram.