Msida: Il-baħar jasal sal-monument tal-ħaddiema

Parti kbira mix-xatt fl-Imsida spiċċat mgħarrqa bl-ilma baħar li telgħa fuq l-art, bil-konsegwenza li nħoloq it-traffiku u xi irwejjaħ.
Il-baħar wasal sat-tarf tal-parkeġġ quddiem il-monument tal-ħaddiema.
Midja oħra rrappurtat li ċirkostanzi simili seħħew f’lokalitajiet oħra f’Malta li jinsabu mal-kosta fosthom San Ġiljan u Marsaxlokk, fejn f’mument minnhom l-ilma resaq lura sakemm tela fuq l-art.
Ġeneralment l-baħar jingħalaq fih innifsu għal bosta metri meta jseħħ xi avveniment naturali fil-baħar bħall-iżbroff ta’ vulkan iżda skont l-Istitut Nazzjonali Taljan tal-Ġeofiżika u l-Vulkanoloġija ma jidhirx li matul il-jum ġew irreġistrati fenomeni naturali fil-Mediterran ħlief terremoti li tkejlu forza tnejn fiċ-ċentru tal-Italja.
Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, kemm ir-riħ u l-baħar se jkunu qawwija matul il-jum ta’ għada.