Mrs Bucket tagħlaq 90 sena

L-attriċi Dama Patricia Routledge llum tagħlaq 90 sena.

Hija magħrufa l-aktar mal-udjenza Maltija bħala Hyacinth Bucket, il-mara tal-povru Richard, fis-serje Ingliża Keeping Up Appearances. Il-karattru ta’ Mrs Bucket kiseb popolarità f’Malta bħala karattru umoristiku ta’ mara li tagħmel x’tagħmel, tkun trid li tidher tajba u żżomm ir-reputazzjoni tajba tagħha mal-ġirien. B’kawża ta’ dan, ħafna drabi, ikun żewġha Richard li jbati.

Is-serje Keeping Up Appearances dam għaddej mill-1990 sal-1995. Fl-1 ta’ Frar ta’ din is-sena, miet Clive Swift ta’ 82 sena, li kien jagħmel il-parti ta’ Richard Bucket, ir-raġel ta’ Hyacinth Bucket.

Our Dame is 90 years old today.Let's crack open a bottle of the Dowager Lady Ursula's homemade gooseberry wine to celebrate!Happy Birthday Ma'am ❤️💕🎂

Posted by Keeping Up Appearances on Sunday, February 17, 2019