MPT tniedi servizz shuttle bejn ir-Rabat u l-Baħrija waqt xogħlijiet fit-triq

Malta Public Transport qed tipprovdi servizz ta’ trasport shuttle għar-residenti tal-Baħrija wara li xogħlijiet fit-triq prinċipali wasslu biex il-kumpanija ma tkunx tista’ tipprovdi s-servizz ta’ trasport pubbliku normali.
Il-kumpanija avżat li s-servizz shuttle se jitħaddem kuljum, mill-Interchange tar-Rabat, u jibda mill-5.35am. Mis-6.30am sad-9.30pm, is-servizz se jingħata kull siegħa.
Lura mbagħad, mill-Baħrija sar-Rabat, is-servizz se jkun ukoll kull siegħa, mis-5.45am sal-9.45pm.
Mir-Rabat lejn il-Baħrija, is-servizz se jgħaddi minn Wesgħa Tal-Mużew, Triq Għeriexem, Triq Santa Rita, Triq Emmanuele Vitale, Triq il-Fejgel, Vjal il-Ħaddiem, Triq il-Gargir, Triq is-Salvatur, Triq Għajn Qajjet, Triq is-Sajf ta' San Martin u jispiċċa fiċ-ċentru tal-Baħrija. Lura, imbagħad se jgħaddi minn Triq is-Sajf ta' San Martin, Triq Tas-Santi, Għemieri, Triq Tas-Santi, Triq is-Sajf ta' San Martin, Triq Għajn Qajjet, Triq il-Lellux, Triq il-Gargir, Vjal il-Ħaddiem, Triq it-Tabija, Triq Għeriexem, Wesgħa Tal-Mużew u jintemm fl-Interchange tar-Rabat.
Waqt li skużat ruħha għall-inkonvenjent, Malta Public Transport avżat li s-servizz se jibqa’ fis-seħħ sakemm jintemmu x-xogħlijiet fit-triq.