MPs vulnerabbli skużati milli jattendu kumitati

Membri Parlamentari meqjusa bħala vulnerabbli se jkunu skużati milli jattendu kumitati parlamentari jew inkella jattendu b’mod virtwali. Se jkunu qed jingħataw l-opportunità li jivvutaw b’mod elettroniku dment li jagħtu pre-avviż lis-sede parlamentari biex ikunu jistgħu jsiru l-arranġamenti meħtieġa.

Bl-istess mod, ix-xhieda jistgħu jingħataw b’mod virtwali wkoll. Dan qed isir biex il-Parlament jimxi mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Fil-bidu tas-seduta, id-deputat Prim Ministru u l-Leader of the House Chris Fearne vverbalizza ftehim li seħħ bejn iż-żewġ naħat tal-kamra fil-kumitat tax-xogħol tal-kamra lbieraħ.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn