Aġġornata: S’issa 10 MPs u 2 mill-Amministrattiv jiddefendu lil Simon Busuttil

Għaxar Membri Parlamentari, żewġ Membri tal-Kunsill Amministrattiv u għadd ta’ attivisti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista ħarġu għonqhom għall-Simon Busuttil f’post separati fuq il-midja soċjali. Ħafna minn dawn użaw #notinmyname. 

Dan wara li lbieraħ il-Partit Nazzjonalista laqqa’ l-Kunsill Amministrattiv b’mod urġenti wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sejjaħ għar-riżenja tal-Eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil wara l-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet prinċipali tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant fil-Panama.

Il-Membri Parlamentari li kitbu sa issa huma:

  • Karol Aquilina
  • Jason Azzopardi
  • Claudette Buttigieg
  • Ryan Callus
  • Therese Comodini Cachia
  • Mario de Marco
  • Beppe Fenech Adami
  • Karl Gouder
  • Claudio Grech
  • Marthese Portelli

Membru tal-Parlament Ewropew 

  • David Casa

Membri tal-Amministrattiv

  • Graham Bencini (President tal-Forum Professjonisti)
  • Mario Rizzo Naudi (President Anzjani u Pensjonanti Partit Nazzjonalista)

Membri tal-Kunsilli Lokali

  • Alexander Mangion (Kunsillier, Ħ’Attard)
  • Albert Buttigieg (Viċi-Sindku, San Ġiljan)
  • Samuel Azzopardi (Sindku, Rabat Għawdex)
  • Dorian Sciberras (Viċi Sindku, l-Iklin)
  • Michael Fenech Adami (Minority Leader, Birkirkara)
  • Roderick Aquilina (Minority Leader, Ħaż-Żebbuġ)
  • Caroline Galea (Kunsilliera, Santa Luċija)
  • Kris Busietta (Viċi-Sindku, Tas-Sliema)
  • Paul Radmilli (Kunsillier, Tas-Sliema)

Uffiċjali u Attivisti

  • Paula Mifsud Bonnici (Eks President tal-Kunsill Ġenerali)
  • Alex Perici Calascione (Eks Teżorier)
  • Norman Vella (Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali u Elezzjoni għall-Parlament Ewropew)
  • Rosette Thake (Eks Segretarju Ġenerali)
  • Paul Borg Olivier (Eks Segretarju Ġenerali)
  • Joseph Ellis (Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali)
  • Giorgio Schembri (Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali)
  • Ann Fenech (Eks President tal-Kumitat Eżekuttiv)
  • Antoine Borg (Eks Deputat)
  • Ivan Bartolo (Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali)

“Se nivvotta kontra l-mozzjoni” – Paula Mifsud Bonnici

L-eks President tal-Kunsill Ġenerali, Paula Mifsud Bonnici qalet li meta l-mozzjoni se tasal quddiem l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista hi se tkun qed tivvotta kontriha. Hi saħqet fost affarijiet oħra li mhix ħa tilgħab f’idejn il-Partit Laburista.

Alex Perici Calascione iħaddan l-appell

L-eks teżorier tal-Partit Nazzjonalista u kandidat fit-tiġrija għall-Kap, Alex Perici Calascione, qal li jinsab imweġġa’ bid-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv. Huwa saħaq li fuq naħa l-Kunsill Amministrattiv qal li jrid ir-rapport kollu filwaqt li fuq in-naħa l-oħra għaġġel u ħa deċiżjoni liema deċiżjoni kienet tirifletti t-talba tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Bencini jgħid li se jivvotta kontra l-mozzjoni

Graham Bencini li huwa l-President tal-Forum Professjonisti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista kif ukoll membru tal-Kunsill Ġeneral, Kunsill Amministrattiv u l-Eżekuttiv qal li kieku kien preżenti għal-laqgħa li sejħet b’urġenza huwa kien jivvotta kontra l-mozzjoni. Huwa saħaq li se jkun qed jivvotta kontra l-mozzjoni biex Simon Busuttil jiġi sospiż meta din titressaq quddiem l-Eżekuttiv.

Schiavone… ‘F’ismi’

Intant il-Membru Parlamentari Herman Schiavone ħareġ jiddefendi d-deċiżjoni ta’ Delia hekk kif tefa fuq Facebook #inmyname. Schiavone ilu viċin il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sa’ min qabel ma laħaq.


#NotInMyName #StrongerTogether

Posted by Claudette Buttigieg on Monday, July 23, 2018

 

F’dawn l-aħħar siegħat irriflettejt ħafna dwar dak li ġara. Illum, iktar minn qatt qabel, pajjiżi għandu bżonn…

Posted by Ryan Callus on Monday, July 23, 2018

 



PN Administrative Decision – Sheer madness Last 24th November, I honestly thought that that would be the last time I…

Posted by Ann Fenech on Monday, July 23, 2018