MPs fir-Renju Unit kontra l-elezzjoni fit-12 ta’ Diċembru

Boris Johnson se jkun qed jerġa’ jipprova jsejjaħ elezzjoni ġenerali fit-12 ta’ Diċembru. Dan minkejja li l-MPs ma vvutawx favur dan il-pjan.

Skont il-BBC, il-Prim Ministru se jkun qed jippubblika abbozz li jkollu bżonn biss maġġoranza sempliċi biex jgħaddi – u mhux żewġ terzi kif kien hemm bżonn qabel.

Madanakollu, xorta se jkollu bżonn l-appoġġ mil-Lib Dems u l-SNP biex dan jgħaddi.

Johnson qal lill-MPs li l-Parlament ma kienx qed jiffunzjona u li ma setax ikompli jżomm lill-pajjiż ostaġġ.

Il-commons ivvota għall-mozzjoni dwar elezzjoni tal-gvern bi 299 kontra 70 – ħafna inqas miż-żewġ terzi li hemm bżonn.

L-MPs konservattivi ivvutaw favur il-mozzjoni, però l-maġġoranza assoluta tal-MPs tal-Labour astjenew.