MPs fil-Polonja jappoġġjaw kampanja kontra l-abort

Membri Parlamentari fil-Polonja appoġġjaw kampanja miċ-ċittadini kontra l-abort.
Il-kampanja “Stop Abortion” issa tista’ tibda tiġbor petizzjoni bil-għan li tilħaq il-100,000 firma u, fi żmien tliet xhur, tkun tista’ tippreżenta abbozz ta’ liġi għall-Parlament Pollakk.
F’dak il-każ hu stmat li l-maġġoranza tal-partit fil-Gvern tivvota favur it-tneħħija tal-abort.
S’issa, l-abort fil-Polonja hu permess biss f’każ ta’ stupru jew inċest, jekk il-ħajja tal-omm tkun f’periklu jew jekk it-tarbija jkollha problemi mediċi.
Il-liġi eżistenti ddaħħlet fl-1993 u, minn dakinhar ’l hawn, ebda partit fil-Gvern ma kien lest imiss is-suġġett. Qabel il-waqgħa tal-Komuniżmu, fl-1989, l-abort fil-Polonja kien legali.