MPC fi stadju bikri li tixtri lil SmartCity

Malta Properties Company tinsab f’taħditiet ma’ SmartCity Malta biex takkwista l-maġġoranza tal-ishma ta’ li din għandha fil-proġett tax-Xgħajra.
Il-proġett kellu jkun il-bandiera per eċċellenza ta’ SmartCity, il-kumpanija minn Dubaj. Il-proġett ġie jiswa €300 miljun lura fl-2007, u kellu jiġġenera 5,600 impjieg.
Madankollu maż-żmien il-proġett iltaqa’ ma’ diversi problemi, u ħafna mill-art li kellha tkun residenzjali qatt ma nbniet, u l-uffiċini f’ħafna każijiet intużaw biex kumpaniji jmexxu fejn kienu qed jaħdmu, u mhux biex jinħolqu impjiegi ġodda.
F’avviż fuq il-Borża ta’ Malta, Malta Properties Company qalet li t-taħditiet qegħdin fil-fażi inizjali, u lesta tissottometti ruħha għar-rekwiżiti legali kollha.
Il-Malta Properties Company hija kumpanija li fl-2015 il-GO ħolqot separatament b'investiment ta’ €50 miljun mis-settur tal-proprjetà li kellha.
SmartCity kienet oriġinarjament irreklamata mill-kumpanija ta’ Dubaj Tecom, li kienet xtrat il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni tal-istat, il-Maltacom, li mbagħad saret GO plc.
SmartCity hija kumpanija sussidjarja tal-kumpanija Dubai Holding.
Dil-mossa ssaħħaħ xnigħat riċenti, li Dubai Holding m’għadux interessat fi SmartCity Malta, il-proġett li lura fl-2007 kien imlaqqam bħala l-belt futuristika tal-internet f’Malta, iżda issa aktar hu sit għall-ispekulazzjoni.
Il-Gvern għandu 9% tal-ishma fi SmartCity Malta.
Aqra l-avviż, bl-Ingliż, minn hawn taħt.