Mozzjoni nhar it-Tnejn għal tibdiliet fl-Att dwar l-MFSA

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Silvio Schembri ħabbar li nhar it-Tnejn se jressaq mozzjoni fil-Parlament sabiex isir l-ewwel qari biex jiġi emendat l-Att dwar l-MFSA, l-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.
Dan qalu waqt li kien qed jinawgura l-uffiċini l-ġodda tal-kumpanija Tri-Mer Services.
Hu spjega kif dan il-pass se jagħti bidu għal tibdiliet li jsejħilhom sinjifikanti għat-tisħiħ tal-MFSA, speċjalment fejn tidħol id-dinja tal-Fintech.
Schembri kompla jgħid kif din il-mozzjoni hi riżultat ta’ konsultazzjoni pubblika li tnediet f’Awwissu li għadda.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri