Mozart f’nofsillejl fil-Belt Valletta

Il-kunċert Mozart at Midnight b’risq il-Malta Community Chest Fund (MCCF), se jsir fis-27 ta’ Mejju fil-Palazz, il-Belt Valletta.
Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca tat id-dettalji dwar da nil-kunċert, li se jsir mill-Orkestra Filarmonika Maltija.
Il-President qalet li s-sinerġija li teżisti bejn l-MCCF u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, hu mod ieħor kif il-pajjiż ikun preżenti anke internazzjonalment, biex jindirizza l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Magħquda u l-miri għal żvilupp sostenibbli.