Moyes bir-ritorn ma’ West Ham u Liverpool jibqgħu fil-quċċata

David Moyes ġie appuntat maniġer ta’ West Ham u se jkun qed jirritorna għat-tieni darba bħala l-maniġer tat-tim. Moyes li għandu 55 sena iffirma kuntratt ta’ 18-il xahar u l-ewwel logħba se tnkun f’darhom kontra Bournemouth.

Hu ħa post Manuel Pellegrini li tkeċċa wara t-telfa ta’ nhar is-Sibt kontra Leicester.

Waqt intervista Moyes qal li jħossu tajjeb li reġa lura d-dar. Hu kien għen lil West Ham isalvaw mir-relegazzjoni.

Min-naħa l-oħra, Liverpool għalqu s-sena bi 13-il punt vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika.

Sadio Mane skurja l-gowl tar-rebħ fl-ewwel nofs tal-logħba, wara li rnexxielu jgħaddih bi żbrixx il-gowler Rui Patricio. Dan kollu ġara wara li l-ballun qabeż minn fuq spallet Adam Lallana fil-kaxxa. Minħabba dan kollu, ir-referee irrefera għall-VAR biex jara Lallana messx il-ballun b’idu, qabel ma kkonferma l-gowl.

Wolves imbagħad kellhom gowl imħassar mill-VAR wara li rriżulta li Jonny ta’ Wolves kien offside bi ftit.

Riżultati oħra:

Arsenal 1-2 Chelsea

Manchester City 2-0 Sheffield United