Moviment Graffitti b’applikazzjoni bit-tama li jipproteġi l-Bajja tal-Balluta

    Read in English.

    Il-Moviment Graffitti għamel applikazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet sabiex imexxi l-Bajja tal-Balluta f’tentattiv biex din il-bajja ma tiġix kummerċjalizzata u tibqa’ miftuħa u sikura għall-għawwiema u għall-kommunità.

    Il-Moviment Graffitti fi stqarrija qal li min-naħa tiegħu jiddikjara li l-intenzjoni tal-attivisti hija li jżommu il-Bajja tal-Balluta bħala zona għall-attivitajiet pubbliċi rikreattivi li jinkludu xjenza taċ-ċittadini, attivitajiet soċjali, komunitarji u attivitajiet ta’ monitoraġġ ekoloġiku.

    Kelliem għall-Moviment qal li din l-applikazzjoni hija importanti għaliex ħadd ma għandu jippermetti li jittieħdu aktar bajjiet pubbliċi għall-interessi privati. Żied li bħalissa hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-moll tad-dgħajjes privati f’din iz-zona.

    Moviment Graffiti spjega li din l-applikazzjoni qed tagħmel referenza għall-applikazzjoni tal-Fortina Group, li rinċentament ġiet irrifjutata imma ġiet suġġetta għal deċiżjoni fit-2 ta’ Marzu.

    Żiedu li dawn huma inaċċettabbli li jittieħdu aktar spazji pubbliċi u dan għandu jieqaf u l-pubbliku m’għandux ikun regolat spażji żgħar fejn ikun jista’ jgħum. Moviment Graffitti ħeġġew lill-pubbliku biex jibqa’ attent għal kwalunkwe żvilupp f’din iż-żona filwaqt li żied li ma għandu ebda intenzjoni juża s-sit tal-Balluta għal inizjattivi kummerċjali jew ta’ ġbir ta’ fondi ta’ ebda tip.