‘Mouse’ ġdid mistenni jtemm darba għal dejjem l-uġigħ tal-id u tal-polz

Dan mhux mouse normali għax iżomm fl-arja. M’hemm l-ebda maġija nvoluta, u lanqas illużjoni. Dan l-apparat teknoloġiku jaħdem permezz ta’ kalamita, u jitla’ f’għoli ta’ madwar 4cm waħdu, jew ċentimetru bil-piż tal-id. Il-mouse, bl-isem ‘Bat’ għandu l-għan ewlieni li jevita’ ħsara fin-nerv jew li l-id ma tibqax taħdem tajjeb. Id-disinn tiegħu huwa mmirat għal dawk li jbatu mill-Carpal Tunnel Syndrome (nuqqas ta’ funzjoni fl-idejn).

Il-prodott għadu f’fażi ta’ prova, u jkun għall-bejgħ fis-suq bil-kulur abjad jew iswed. Dak li vvinta il-‘Bat’ huwa r-Russu Vadim Kibardin, li ggradwa minn Akademija tal-Arkitettura u Arti Industriali. Huwa wieħed minn 40 disinjatur li “se jġibu bidla fid-dinja”.