Mourinho se jieħu post Pochettino?

Tottenham keċċew lill-maniġer Mauricio Pochettino wara li kien ilu ħames snin f’din il-kariga. Din is-sena Spurs bdew fuq sieq ħażina fil-kompetizzjoni tal-Premier League u bħalissa qegħding fl-14-il post fil-klassifika.

Skont BBC sports, Jose Mourinho għandu ċans tajjeb li jieħu post il-maniġer li għandu 47 sena.

Pochettino ngħata l-kariga lura f’Mejju tal-2014 u wassal lit-tim sal-finali taċ-Chapions League s-sena l-oħra, iżda sfortunatament tilfu kontra Liverpool ġewwa Madrid.

L-assistent Arġentinjan Jesus Perez, kif ukoll il-coaches Miguel d’Agostino u Antoni Jimenez telqu l-klabb ukoll. Fi stqarrija, l-klabb ta’ Tottenham qal li se jkunu qed jippublikaw aktar informazzjoni dwar l-iżviluppi, fiż-żmien li ġej.