Mourinho jxejjen kull spekulazzjoni ta’ akkwisti oħra

Meta kien qed jitkellem fuq l-istazzjon sportiv Sky Sports UK, il-kowċ ta’ Manchester United Jose Mourinho tenna illi t-tim għandu biżżejjed attakkanti u xejjen kull spekulazzjoni illi għandu bżonn plejer offensiv ieħor almenu sal-aħħar tal-istaġun.
Bħalissa r-Red Devils għandhom erba’ attakkant iprinċipali li huma Alexis Sanchez, Romelu Lukaku, Anthony Martial u Marcus Rashford u l-kowċ Portugiż sostna illi m’għandhomx bżonn aktar elementi fuq quddiem. 
Fl-aħħarnett b’ton xi ftit polemikuż Mourinho qal illi xi kultant il-midja taħli l-ħin titkellem fuq dawn l-affarijiet iktar u iktar meta l-gazzetti jridu jimlew il-paġni tagħhom b’xi ħaġa.