​Mourinho jsellem lil Ibrahimovic

Il-kowċ ta’ Manchester United Jose Mourinho sellem lill-eks plejer Zlatan Ibrahimovic f’konferenza stampa qabel il-logħba tal-lum li se jilagħbu f’darhom kontra Swansea.
l-maniġier Portugiż ammetta li ħass dispjaċir kbir li ra plejer ta’ dak il-kalibru li wasal fl-aħħar tal-karriera tiegħu u aktar u aktar għax telaq lit-tim. Huwa qabbel dan kollu ma’ dak li ġara ftit tas-snin ilu meta kien imexxi lil Inter u ra lil Luis Figo jilgħab l-aħħar partita man-Neroazzurri.
Huwa temm jgħid illi l-preżenza ta’ Ibra se tinħass mhux ftit fid-dressing room f’Old Trafford u kien għalhekk illi awguralu l-aqwa suċċessi mal-klabb Amerikan ta’ LA Galaxy.