Mourinho josserva lil Arnautovic

Wara li Romelu Lukaku sofra injury lejn tmiem l-istaġun, Manchester United skurjaw darba biss fl-aħħar 4 logħbiet tagħhom.
Għalhekk Jose Mourinho qed ifittex plejer b’saħħtu sabiex jilgħab flok Lukaku kull meta jkun hemm bżonn jew biex joffri alternattiva fl-attakk jekk Anthony Martial jitlaq lir-Red Devils. Dan il-plejer jista’ jkun l-attakant ta’ 29 sena Marko Arnautovic li jilgħab ma’ West Ham u li Mourinho kien qed josserva matul partita ta’ ħbiberija bejn l-Awstrija u r-Russja.
Il-kowċ Portugiż sar jaf lil Arnautovic meta t-tnejn li huma kienu ma’ Inter fl-Italja. Hu ngħaqad ma’ West Ham mingħand Stoke City fl-2017 u temm l-istaġun bi 11-il gowl u 6 assists.