Mourinho jmaqdar lill-midfielder Ndombele

Il-maniġer ta’ Tottenham Hotspur ipponta subgħajh lejn Tanguy Ndombele. Spurs iddominaw il-midfield fl-ewwel 45 minuta iżda Burnley rnexxielhom jmorru fuq quddiem bis-saħħa ta’ Chris Wood.

Ndombele u Oliver Skipp għamlu l-ispazju għal Giovani lo Celso u Lucas Moura fit-tieni taqsima biex iġġieldu għad-draw. Mourinho qal li fl-ewwel taqsima ma kellhomx midfield. Qal li mhux qed jitkellem dwar Skipp li għad għandu 19-il sena u lagħab sagħtejn f’logħob kompetittiv fl-aħħar ftit jiem.

Iżda qal li jippretendi ħafna aktar minn Ndombele. Stqarr li l-Premier League hu diffiċli, u xi plejers jieħdu fit-tul biex jadattaw. Iżda plejer bil-potenzjal tiegħu iridu jikkontribwixxu aktar. Mourinho qal li qed jistenna aktar minnu.

Riżultati oħra:

Liverpool 2-1 AFC Bournemouth

Arsenal 1-0 West Ham United

Crystal Palace 1-0 Watford

Sheffield United 1-0 Norwich City

Southampton 0-1 Newcastle United

Wolverhampton Wanderers 0-0 Brighton & Hove Albion