Mourinho jistqarr li mhux se jagħmel l-istess żbaljit

Il-maniġer il-ġdid ta’ Tottenham Jose Mourinho qal li mhux bi ħsiebu jagħmel l-istess żbalji li kien għamel ma’ klabbs oħra ma’ Spurs. Il-Portugiż ħa post Mauricio Pochettino nhar l-Erbgħa li għadda u reġa’ lura għax-xogħol wara 11-il xahar.

Fl-ewwel konferenza quddiem il-midja, Mourinho qal li hu umli, u qal li iż-żmien li għamel bogħod mill-futbol, għamlu janalizza l-karriera tiegħu.

Qal li rrealizza li għamel l-iżbalji.

Spjega ż-żmien li għamel bla xogħol bħala żmien tajjeb fejn seta’ janalizza l-karriera fid-dettall. Il-pawża kienet pożittiva għalih. Stqarr li dan kien l-ewwel sajf tiegħu li ma ħadimx u ħassu xi ftit mitluf kaġun ta’ dan.Iż-żmien li għamel Mourinho ma’ Manchester United spiċċa f’Diċembru li għadda meta United kienu 19-il punt taħt Liverpool li dak iż-żmien kienu fil-quċċata tal-klassifika.