Mourinho jispjega għaliex qala’ lil Ibrahimovic

Il-kowċ ta’ ManchesterUnited Jose Mourinho spjega r-raġuni għas-sostituzzjoni ta’ Zlatan Ibrahomovic fil-partita li r-Red Devils lagħbu kontra Burnley f’Old Trafford.
Huwa qal li wara li t-tim tiegħu sab ruħu 2-0 minn taħt, it-tim inħasad u kien hemm bżonn ta’ demm ġdid sabiex għallinqas jilħqu lill-avversarji tagħhom. Floku fil-bidu tat-tieni taqsima daħal Marcus Rojo flimkien ma’ Jesse Lingard u Henrikh Mkhitaryan.
Dawn it-tibdiliet taw raġun lill-kowċ Portugiż għax kien proprju Lingard illi ta dro drammatiku lit-tim tiegħu proprju fil-ħin miżjud.
Sadanittant din kienet l-ewwel partita illi Ibrahimovic lagħab mill-bidu wara l-injury illi kellu f’April illi għadda. Skont Mourinho, il-plejer Żvediż irid ikollu ħafna paċenzja għax biex tiġi lura wara żmien twil mhux daqshekk faċli.