Mourinho jiċħad xnigħat fuq Ibrahimovic

Wara l-partita li Manchester United lagħbu ma’ Huddersfield Town u rebħu bl-iskor ta’ 2-0, Jose Mourinho tkellem f’konferenza stampa u wara li analizza l-logħba pożittiva illi kellhom ir-Red Devils, ġurnalist preżenti saqsih dwar ftehim li jista’ jkun hemm bejn l-attakkant Żvediż ZlatanIbrahimovic u l-klabb Amerikan ta’ LA Galaxy.
Għal din il-mistoqsija Mourinho rribatta billi qal illi sa fejn jaf hu ma jeżisti l-ebda ftehim bejn iż-żewġ partijiet anke minħabba l-fatt illi l-plejer veteran ma tkellimx mal-manager Portugiż.
Huwa fatt magħruf illi ż-żmien ma’ Manchester United għal Ibrahimovic huwa ferm qasir hekk kif fl-aħħar tal-istaġun mistenni jsieħeb tim ieħor.