Mourinho jiċħad li ser itemm il-karriera f’Manchester

Il-kowċ ta’ Jose Mourinho ċaħad ix-xniegħa li Manchester United ser ikunu l-aħħar klabb tiegħu.
Huwa anzi qal illi fil-futur għandu motivazzjoni illi jmexxi klabb ieħor sabiex ikollu esperjenzi ġodda.
Mourinho jinsab fit-tieni staġun tiegħu mar-Red Devils wara li ffirma kuntratt ta’ tliet snin fis-sena 2016.
B’hekk dan il-kowċ fadallu staġun ieħor żgur fit-tmun tal-klabb Ingliż.
Min-naħa l-oħra t-tim minn Manchester kompla juri progress fit-tieni staġun taħtu hekk kif jinsabu fit-tieni post tal-klassifika.