Mourinho jħeġġeġ lill-partitarji jikxfu lil min hu razzist

Jose Mourinho ħeġġeġ lill-partitarji ta’ Spurs biex jikxfu lil min jgħaddi kummenti razzisti fl-istands.

L-istilla ta’ Chelsea Antonio Rudiger sostna li kien vittma ta’ abbuż razzist nhar il-Ħadd meta rebħu kontra Tottenham. Fl-istess logħba, il-pulizija arrestat partitarju ta’ Chelsea li allegatament għadda kummenti razzisti kontra l-plejer ta’ Spurs Son Heung-min.

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Professjonali qed tinsisti biex persuni li jgħaddu kummenti ta’ mibegħda jeħlu sa ħames snin ħabs.

Il-maniġer ta’ Tottenham Mourinho qal lill-partitarji tal-klabb biex jagħtu kas min hemm madwarhom u jisimgħu x’kummenti qed jgħidu. Ħeġġiġhom biex jekk jisimgħu lil xi ħadd jgħaddi kummenti razzisti, jagħmel li jisa’ biex iwaqqafhom.