Mourinho jgħin fit-tqassim ta’ pakketti għall-anzjani

Il-maniġer ta’ Tottenham Jose Mourinho deher jagħti daqqa t’id fil-komunità sakemm l-istaġun tal-futbol hu sospiż. Minħabba l-epidemija tal-coronavirus, kellhom jiġu sospiżi l-Premier League u l-EFL sa tal-inqas it-30 ta’ April. Iżda m’hemmx garanzija li se jkompli f’dik id-data.

Mourinho jidher li qed juża parti minn ħinu biex jgħin lil nies kbar fiż-żmien ġewwa Enfield. Hu qed jgħin biex jitqassmu l-bżonnijiet li jista’ jkun li jkollhom sa wara bieb djarhom. Il-maniġer ta’ Spurs deher jgħin biex jippreparaw pakketti apposta għall-bżonnijiet tal-anzjani qrib il-grawnd tat-taħriġ ta’ Tottenham.

Mourinho qal li qed jgħin lil Age UK Engield u lil Love Your DoorStep Enfield. Qal li wieħed jista’ jagħti b’donazzjoni xi ikel, flus jew inkella jgħin hu stess bħala voluntier. Dan id-diskors qalu f’filmat li ttella minn Love Your DoorStep fuq Twitter.