Mourinho jeħtieġ lil Bale – Redknapp

Skont l-eks plejer ta’ Liverpool u Tottenham Jamie Redknapp, taħt il-gwida ta’ Mourinho l-klabb ta’ Manchester United qed jilgħab logħob kemmxejn medjokri.
Ir-Red Devils spiċċaw fit-tieni post u għadhom fiċ-ċans li jirbħu l-FA Cup. Madanakollu, Redknapp jemmen li Mourinho għandu bżonn plejer bħal Gareth Bale sabiex itejjeb il-kwalità tal-logħob ta’ Manchester United.
Sensiela ta’ injuries żammew lil Bale milli jilħaq l-aħjar forma tiegħu u ta’ spiss ma kienx magħżul minn Zinedine Zidane bħala parti mill-ewwel ħdax.
Minkejja dan, Bale skorja 85 gowl f’157 logħba ma’ Real Madrid u ta l-kontribut tiegħu fir-rebħ ta’ tliet edizzjonijiet taċ-Champions League.